Ġakbu 1:1-27

1  Ġakbu,*+ ilsir+ t’Alla u tal-Mulej Ġesù Kristu, lit-tnax-il tribù+ mxerrdin+ maʼ kullimkien: Insellmilkom!  Qisuh bħala ferħ mill-akbar, ħuti, meta tiltaqgħu maʼ diversi provi,+  għax bħalma tafu, meta l-fidi tagħkom tgħaddi mill-provi tipproduċi s-sabar.+  Imma ħallu s-sabar iwettaq xogħlu għalkollox, sabiex b’hekk tkunu kompluti+ u sħaħ f’kull aspett bla ma jonqoskom xejn.+  Mela, jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-għerf,+ ħa jibqaʼ jitlob lil Alla,+ għax hu jagħti b’mod ġeneruż u mingħajr ma jċanfar lil ħadd;+ u jingħatalu.+  Imma ħa jibqaʼ jitlob+ bil-fidi, bla ma jiddubita xejn,+ għax min jiddubita hu bħal mewġa tal-baħar immexxija mir-riħ+ u mitfugħa ’l hemm u ’l hawn.  Fil-fatt, ħa ma jistenniex dan il-bniedem li se jaqlaʼ xi ħaġa mingħand Ġeħova;+  hu bniedem indeċiż+ u mhux sod+ f’kulma jagħmel.  Imma ħa jifraħ ħuna l-fqir minħabba l-eżaltazzjoni tiegħu,+ 10  u l-għani+ minħabba l-umiljazzjoni tiegħu, għax dan bħal fjura qalb il-ħaxix se jmut.+ 11  Bħalma x-xemx titlaʼ bi sħana taħraq u tnixxef il-ħaxix, u l-fjura tiegħu taqaʼ u jgħib il-ġmiel tad-dehra tiegħu, hekk ukoll l-għani se jidbiel f’dak li jagħmel f’ħajtu.+ 12  Hieni l-bniedem li jibqaʼ jissaporti l-provi,+ għaliex meta jiġi approvat jirċievi l-kuruna tal-ħajja,+ li Ġeħova wiegħed lil dawk li jibqgħu jħobbuh.+ 13  Meta jkun għaddej minn prova,+ ħalli ħadd ma jgħid: “Alla qed jgħaddini minn prova.” Għax Alla la jistaʼ jiġi provat u lanqas ma jipprova lil ħadd b’affarijiet ħżiena. 14  Imma kull bniedem jiġi provat billi jkun miġbud u mħajjar mix-xewqa tiegħu stess.+ 15  Imbagħad, meta x-xewqa ssir fertili, tiled id-dnub;+ u meta d-dnub jitwettaq, iġib il-mewt.+ 16  Titqarrqux,+ ħuti maħbubin. 17  Kull għotja tajba+ u kull rigal perfett ġej minn fuq,+ għax jinżel mingħand il-Missier tad-dwal tas-sema.+ Hu ma jinbidilx u m’huwiex bħal dell li jiċċaqlaq.+ 18  Fi qbil mar-rieda tiegħu,+ hu nissilna bil-kelma tal-verità,+ biex inkunu fost l-ewwel frott+ tal-ħlejjaq tiegħu. 19  Kunu afu dan, ħuti maħbubin. Kull bniedem irid ikun ħafif biex jismaʼ, tqil biex jitkellem,+ tqil biex jinkorla;+ 20  għax il-korla tal-bniedem ma twettaqx dak li hu sewwa f’għajnejn Alla.+ 21  Għalhekk, warrbu l-ħmieġ kollu u dik il-ħaġa żejda—il-ħażen+—u aċċettaw bil-ħlewwa li fikom titħawwel il-kelma+ li tistaʼ ssalvalkom ruħkom.+ 22  Madankollu, qisu li tagħmlu l-kelma,+ u mhux tisimgħuha biss, u b’hekk tqarrqu bikom infuskom bi rraġunar falz.+ 23  Għax jekk xi ħadd jismaʼ l-kelma u ma jagħmilhiex,+ dan qisu wieħed li jħares lejn wiċċu naturali f’mera. 24  Iħares lejn wiċċu u jitlaq ’l hemm, u minnufih jinsa liema xorta taʼ bniedem hu. 25  Imma min iħares fiss lejn il-liġi perfetta+ tal-libertà u jibqaʼ jagħmel hekk, peress li dan ma jkunx wieħed li jismaʼ u jinsa imma wieħed li jobdi l-kelma,+ ikun hieni+ li qed jagħmilha. 26  Jekk xi bniedem jaħseb li jqim lil Alla tajjeb+ u madankollu ma jrażżanx ilsienu,+ imma jkompli jqarraq b’qalbu stess,+ il-qima taʼ dan il-bniedem hi fiergħa.+ 27  Il-qima li hi nadifa+ u bla tinġis+ mill-ħarsa t’Alla tagħna u Missierna hi din: li tieħu ħsieb l-iltiema+ u r-romol+ fit-tribulazzjoni tagħhom,+ u li żżomm ruħek mingħajr tebgħa+ mid-dinja.+

Noti taʼ taħt

“Ġakbu” hu forma mqassra taʼ Ġakobb, li jfisser “Jaqbad l-Għarqub; Jieħu Post Ħaddieħor.”