Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 5

L-għemejjel meraviljużi t’Alla

L-għemejjel meraviljużi t’Alla

(Salm 139)

  1. 1. O Alla, ħadd ma jafni daqsek,

    Taf meta jien nimtedd u meta nqum.

    Int tifli l-​ħsibijiet ġewwinin tiegħi,

    T’għemili u taʼ kliemi dejjem

    konxju tkun.

    F’ġuf ommi int rajtni nintiseġ,

    Qatt ma kien moħbi għadmi minn għajnejk.

    Surti int rajt; bil-​kitba tniżżel kollox.

    Infaħħar triqtek

    u is-​setgħa taʼ idejk.

    Tiegħek l-​għarfien hu kbir u tant tal-​għaġeb;

    U jien naf dan għax int għarraftni bih.

    Jekk nibżaʼ li fid-​dlam nistaʼ nintilef,

    O Alla, xorta ssibni ġewwa fih.

    Ġeħova, fejn nistaʼ ninħeba?

    Fejn nistaʼ mmur biex wiċċek naħrab jien?

    La fis-​smewwiet u lanqas f’qiegħ il-​Qabar;

    La f’post mudlam jew f’oċean,

    għax m’hemm imkien.