Mur fil-kontenut

Wara li Ġesù ġie rxoxtat, ġismu kien tal-laħam jew spirtu?

Wara li Ġesù ġie rxoxtat, ġismu kien tal-laħam jew spirtu?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

 Il-​Bibbja tgħid li Ġesù “ngħata l-​mewt fil-​laħam, imma ngħata l-​ħajja [jew, ġie rxoxtat] fl-​ispirtu.”—1 Pietru 3:18; Atti 13:34; 1 Korintin 15:45; 2 Korintin 5:16.

 Ġesù nnifsu qal li ma kienx se jiġi rxoxtat bil-​ġisem tad-​demm u l-​laħam tiegħu. Hu qal li kien se jagħti ‘laħmu għall-​ħajja tad-​dinja,’ bħala fidwa għall-​umanità. (Ġwanni 6:51; Mattew 20:28) Li kieku meta ġie rxoxtat ħa lura l-​ġisem li kellu, allura kien iġib fix-​xejn is-​sagrifiċċju bħala fidwa. Imma dan ma setax jiġri għax il-​Bibbja tgħid li hu ta bħala sagrifiċċju laħmu u demmu “darba għal dejjem.”—Ebrej 9:11, 12.

Jekk Ġesù ġie mqajjem b’ġisem spirtu, id-​dixxipli tiegħu kif setgħu jarawh?

  •  Ħlejjaq spirti jistgħu jieħdu sura taʼ bniedem. Pereżempju, anġli li għamlu hekk fil-​passat saħansitra kielu u xorbu mal-​bnedmin. (Ġenesi 18:1-​8; 19:1-​3) Però, dawn xorta kienu ħlejjaq spirti u setgħu jerġgħu jmorru fis-​sema.—Imħallfin 13:15-​21.

  •  Wara l-​irxoxt tiegħu, Ġesù wkoll ħa sura taʼ bniedem għal ftit żmien, bħalma kienu għamlu xi anġli qabel. Imma bħala ħliqa spirtu, hu setaʼ jidher u jgħib f’daqqa. (Luqa 24:31; Ġwanni 20:19, 26) L-​iġsma tal-​laħam li Ġesù ħa ma kinux l-​istess kull darba li deher. Infatti, anki l-​ħbieb tal-​qalb tiegħu għarfuh biss minn dak li qal jew għamel.—Luqa 24:30, 31, 35; Ġwanni 20:14-​16; 21:6, 7.

  •  Meta Ġesù deher lill-​appostlu Tumas, hu ħa ġisem li kien fih anki marki taʼ feriti. Hu għamel dan biex isaħħaħ il-​fidi taʼ Tumas, għax Tumas kien iddubita jekk Ġesù kienx ġie mqajjem jew le.—Ġwanni 20:24-​29.