Mur fil-kontenut

L-Isem t’Alla Hu Ġesù?

L-Isem t’Alla Hu Ġesù?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Ġesù rrefera għalih innifsu bħala “Bin Alla” jew “l-Iben t’Alla.” (Mattew 27:43; Ġwanni 10:36) Ġesù qatt ma identifika lilu nnifsu bħala l-Alla li Jistaʼ Kollox.

 Iktar minn hekk, Ġesù talab lil Alla. (Mattew 26:39) U waqt li għallem lis-segwaċi tiegħu kif jitolbu, Ġesù qal: “Missierna fis-smewwiet, ħa jitqaddes ismek.”—Mattew 6:9.

 Ġesù rrivela l-isem t’Alla meta kkwota silta tal-qedem mill-Iskrittura u qal: “Ismaʼ, O Israel: Ġeħova Alla tagħna hu Ġeħova wieħed.”—Marku 12:29; Dewteronomju 6:4.