Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

SUĠĠETT PRINĊIPALI | JISTAʼ JKOLLOK IL-PAĊI FIL-FAMILJA

X’tistaʼ tagħmel biex ikun hemm il-paċi fil-familja

X’tistaʼ tagħmel biex ikun hemm il-paċi fil-familja

TAĦSEB int li l-Bibbja tistaʼ tgħin biex ikun hemm il-paċi fil-familja? Jekk jogħġbok qabbel dak li tgħid il-Bibbja maʼ dak li sabu t’għajnuna dawn in-nies li ġew intervistati. Ikkunsidra liema punti jistgħu jgħinuk tevita l-ġlied, iżżomm il-paċi, u ssaħħaħ rabtiet dejjiema.

PRINĊIPJI BIBLIĊI LI JWASSLU GĦALL-PAĊI

ŻVILUPPA ĦARSA POŻITTIVA DWAR XULXIN.

‘Tagħmlu xejn bi ġlied jew bi kburija, imma b’umiltà qisu lill-oħrajn superjuri għalikom. Tfittxux l-interessi persunali tagħkom biss, imma wkoll l-interessi persunali taʼ l-oħrajn.’Filippin 2:3, 4.

“Aħna sibna li jkun tajjeb li tqis lill-persuna l-oħra fiż-żwieġ iżjed importanti minnek innifsek u minn ħaddieħor.”—C. P., ilha miżżewġa 19-il sena.

ISMAʼ B’ATTENZJONI U B’MOĦĦ MIFTUĦ.

“Ibqaʼ fakkarhom biex . . . ma jkunux ġellidin, imma jkunu raġunevoli, u kollhom ħlewwa maʼ kulħadd.”Titu 3:1, 2.

“Ħafna tensjoni tistaʼ tiġi evitata jekk ma nirrispondux lis-sieħeb fiż-żwieġ b’ton taʼ ġlied. Hu importanti li tismaʼ mingħajr preġudizzju u tirrispetta l-opinjoni tiegħu jew tagħha, anki jekk aħna ma naqblux.”—P. P., ilha miżżewġa 20 sena.

URI IŻJED PAĊENZJA U ĦLEWWA.

“Il-paċenzja tipperswadi kmandant, u lsien ġwejjed jistaʼ jkisser għadma.”Proverbji 25:15.

“Se jkun hemm ġlied, imma x’jiġri wara jiddependi fuq l-ispirtu li nuru. Verament għandna nkunu paċenzjużi. Meta nkunu paċenzjużi, insibu li l-affarijiet jirranġaw.”—G. A., ilha miżżewġa 27 sena.

QATT TAQAʼ GĦAL LI TKUN ABBUŻIV VERBALMENT JEW FIŻIKAMENT.

“Qisu li twarrbuhom kollha, il-korla, ir-rabja, il-ħażen, it-tgħajjir, u l-kliem oxxen minn fommkom.”Kolossin 3:8.

“Lil żewġi nammirah minħabba r-rażan tiegħu. Dejjem jibqaʼ kalm u qatt ma jgħajjat miegħi jew jinsultani.”—B. D., ilha miżżewġa 20 sena.

KUN ĦERQAN BIEX TAĦFER U TIRRANĠA D-DIFFERENZI MALAJR.

“Komplu ssaportu lil xulxin u aħfru lil xulxin mill-qalb jekk xi ħadd għandu għalxiex jilmenta kontra ħaddieħor.”Kolossin 3:13.

“Meta wieħed ikun stressjat, mhux dejjem ikun faċli jibqaʼ kalm, u jistaʼ malajr jgħid jew jagħmel affarijiet li jweġġgħu lis-sieħeb fiż-żwieġ. F’mumenti bħal dawn, tkun ħaġa mill-isbaħ li jaħfer. Mingħajr il-maħfra, żwieġ b’saħħtu mhux possibbli.”—A. B., ilha miżżewġa 34 sena.

AGĦMILHA DRAWWA LI TAGĦTI U TAQSAM M’OĦRAJN MINGĦAJR EGOIŻMU.

“Idraw agħtu, u n-nies jagħtukom. . . . Għax bil-kejl li tkejlu, ikejlulkom lura.”Luqa 6:38.

“Żewġi jaf xi nħobb, u dejjem itini xi sorpriża. Mill-banda l-oħra, spiss naħseb, ‘Kif nistaʼ nferrħu jien?’ B’hekk dħaqna ħafna, u għadna nidħqu.”—H. K., ilha miżżewġa 44 sena.

TIQAFX TĦEĠĠEĠ IL-PAĊI FIL-FAMILJA

Il-membri tal-familja li ġew intervistati minn Stenbaħ! huma ftit mill-miljuni madwar id-dinja li mill-Bibbja ġew megħjunin jiżviluppaw kwalitajiet li jgħinu biex ikun hemm iżjed paċi fil-familja. * Anki meta wħud fil-familja tagħhom jidhru li mhumiex qed jipprovaw jikkooperaw, sabu li l-isforz li jagħmlu biex ikunu paċifiċi xorta jkun worth it, għax il-Bibbja twiegħed: “Dawk li jħeġġu l-paċi jkollhom il-ferħ.”—Proverbji 12:20.

^ par. 24 Għal iżjed informazzjoni dwar kif tistaʼ tagħmel il-ħajja tal-familja ferħana,m ara kapitlu 14 tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? ippubblikat mix-Xhieda taʼ Ġeħova u disponibbli fuq www.mt711.com/mt. Ukoll, tistaʼ tfittex taħt TAGĦLIM TAL-BIBBJA > GĦAJNUNA GĦALL-FAMILJA.